Reflections by the Labourites about the EP election results

Here are reflections that were shared by the Facebook page Malta, News, Photos and People of comments or posts that people wrote regarding last Sunday’s elections’ results:

“Fil-mument qed ninnota ħafna professuri jippuntaw subajhom u jippontifikaw, imma ħafna minn dawn l istess professuri kienu jaraw in-nies dubbien meta kienu fis-sakra tar-rebħiet elettorali. Allaħares nibda nipponta subgħajja. Għalhekk aħjar nagħlqu ħalqna kollha, u naraw li jittieħdu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Paroli żejjed qatt ma għamel ġid!”

“‘Il-giddieb għomru qasir’. Bil-paroli tal-propaganda ta’ kuljum ikunu jgħattu x-xemx bl-għarbiel u n-nies m’humiex boloh.”

“Mela il-belt kissirtuha bil-mużika. Bini għoli kullimkien. Ommi mietet (laburista ta vera) b’dieqa li fgawha il-bini. Storbju galore. Bnew fuqhom, quddiemhom, warajhom fil-qalba tar-raħal. U għalxejn tkellem kunsilliera. Fejnu s-soċjaliżmu?? Bankini?? Meħudin kollha minn tar-ristoranti! Xlendi Għawdex? L-istorbju xi ħadd ta każ? It-trabijiet esaġerati mill-construction ongoing ?? Kollni inhalers jien. Dan xi gvern hu? Jien ma għandix guts nivvota PN allura no vote. La ma jeħdux ħsieb l-ambjent. U noise pollution. Misshom jistħu. U aħna middle-class inħallsu taxxa fuq kull sold u ma tieħu l-ebda cheque. Iċċempel biex forsi jgħinuk u lanqas kas! Pajjiż mhux l-ekonomija biss! Irid ikun hemm bilanċ. Il-ħajja tan-nies ukoll importanti. Il-poplu normali qed ibati, b’construction site kull żewg passi !! Storbju minn stabbiliment qrib ir-Rabat storbju sal-4am ta!!!!! Għax għandu l-permess jgħidulek l-għassa! Prosit.” (a comment from a Labourite that did not vote)

“Fuq it-tajjeb li sar. Imma biex dan it-tajjeb sar u jkompli jsir, m’hemmx bżonn nirvinaw kullimkien biex in-negozjanti jkomplu jistagħnew u l-pubbliku jidgħi. Intik eżempju wieħed minn ħafna: hu sew li r-residenti tal-Belt ma jistgħux jorqdu biex il-barijiet jibblastjaw il-mużika, li ma jmorrux jitilfu xi klijent? Miljun eżempju ntik jekk trid ta’ kif l-interess taċ-ċittadin qed ikun suġġett għall-interess tan-negozjant. Tiftakar m’ilux meta ġejt ic-Ċentru Nazzjonali Laburista għal dik id-diskussjoni fuq il-partit? Kemm qabad imerini d-deputy leader għax għidt li l-partit qed ibaxxi rasu lin-negozjanti?”

“‘Aħna la ridna fsied u wisq anqas pjaċiri. Aħna stennejna drittijiet u mhux pjaċiri u karita’. Stennejna li wegħduna governanza tajba, meritokrazija u trasparenza u mela jiġi l-PM jgħajjat bl-establishment u biex min għandu bżonn xi ħaġa u ma nqedix imur għandu jew għand xi ministru.”

“Kontu tafu li ġejja tkaxkira, u bqajtu suppervi u ma ħadtux ħsieb li titnaqqas l-emoraġija.”- Neville Gafa, eks attivist Laburista

“Mhemmx bżonn surveys ta’ Marmara. Nafu l-problema x’inhi. Il-PL għandu  customer care maqtugħ   min-nies. Ġej riżultat tal-biki fuq tal-Kunsill Lokali.” – Reno Sammut”

Facebook
X (Formerly Twitter)
LinkedIn
Telegram