Xi tfisser l-Ewropa ta’ Kajjin u l-paċi ta’ Kajjin li l-gvern Laburista u Ian Borg qed jagħtuk? (l-ewwel parti)

F’din is-serje, Mario Borg jispjega xi tfisser meta ngħidu li l-politiċi qed iwiegħdu paċi ta’ Kajjin u xi tfisser l-Ewropa ta’ Kajjin.

“Hawn ħbieb. Illum l-14 ta’ April 2024. Merħba. Ilbieraħ għadu kif irritalja l-Iran kontra l-Iżrael. U rrid nispjega waħda, għax Malta waqt li għandna l-gvern qiegħed iparla li qiegħed jaħdem għall-paċi u jrid il-paċi, ingħaqad ma’ klikka gvernijiet, kif kien isejħilhom Mintoff ‘ta’ Kajjin,’ kriminali, li dawn, kull fejn resqu, għamlu straġi. U l-istraġi li hemm fil-Lvant nofsani u li għaddejja bħalissa fil-Lvant tal-Ewropa, huwa kollu tort tal-klikka ta’ Kajjin u r-riżultati tal-politika imperjali u kolonjali li għandhom. Dawn, għal madwar mitt sena, minn wara l-ewwel gwerra dinjija, jew iktar, dawn dejjem iqasqsu fil-pajjiżi, jaqsmu lill-pajjiżi fin-nofs, biex iġġelldu lill-pajjiżi kontra xulxin.

Ejja naraw waħda – il-Libja. Il-Libja kien hemm Gaddafi – tajruh ‘l hemm u issa hemm tnejn: min qiegħed man-naħa ta’ Tobruk u min qiegħed man-naħa ta’ Tripoli. Għandna l-Eġittu. Kellhom l-elezzjoni fejn tellgħu l-Muslim Brotherhood. M’għoġobhomx, tellgħu lil dan, qisu Messikan. Ma nafx xil-madoffi jaħbat. Fil-lvant nofsani – is-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan li kienu parti mis-Sirja – dawn qasqsu lill-Ġordan u qasqsu lil-Libanu u dawn isseparawhom. Il-Kuwajt kien biċċa mill-Iraq. Qasqsuh ‘l hemm mill-Iraq. Il-Bahrain, qasqsuh. L-Emirati, il-UAE, qasqsuha ‘l hemm ukoll. L-Iraq riedu jaqsmuha parti Sunni, parti Shia u parti tal-Kurti u ma rnexxilhomx għax imbagħad daħlet l-Iran tiġġieled l-Isis li kkreaw il-klikka ta’ Kajjin stess.

Ir-Russja l-istess riedu jagħmlu. U min resaq lejn min? Mhux ta’ Kajjin resqu jnaqqru bil-mod il-mod lejn ir-Russja? Qabdu, daħlu jqasqsu, tefgħu lill-Iżrael fin-nofs u tefgħu l-Lhud kollha f’post wieħed. Kien hemm il-Lhud imxerrda u jgħixu man-nies normali. U issa min qed jikkritika liż-Zionisti, il-gvern lil Lhud Ortodossi stess, tgħid x’qegħdin jagħmlulhom. Mhux biex noqogħdu nparlaw bl-anti-Semitiżmu. L-iktar nies li jaħqru lin-nies Semitiċi, Lhud u Għarab, huma ż-Zionisti. U Malta daħlet, u ntefgħet fuq quddiem issa, għax il-pożizzjoni ta’ Malta fl-OSCE, lesta għas-sigurta’ qiegħda. Qiegħda tieħu ħsieb is-sigurta’ u tafu x’jifhmu bis-sigurta’ dawn. Dan li qed iparla li qiegħed jaħdem għall-paċi u mhux għall-paċi, biex issa ltaqgħu l-Iżvizzera biex jinnegozjaw il-paċi u r-Russi stess lanqas biss ġew invitati ħalli jitkellmu.

Il-kriżi kollha li hawn, ta’ Kajjin stess ikkreawh. Ikissru post, jaħarbu lil hemm u jkissru post ieħor. Fil-Palestina, x’għamlu? X’qed jagħmlu fil-Palestina? Fil-Palestina l-ewwel qabdu u qalu lil kulħadd biex jintefgħu fuq in-naħa t’isfel, u mbagħad fejn niżlu, attakkawhom. Dawn ħasbu li l-Eġittu ħa jiftaħ il-fruntiera biex idabbru rashom ‘l hemm in-nies. U dan għaliex? Għax quddiem Gaża hemm balla gass. U l-Hamas għalhekk hu terroristiku. Il-Hamas mhux ħa jagħti l-gass lil ħadd jekk niesu ħa jmorru minn taht. Ara l-Fatah, min hu rikonoxxut bħala min jiggverna lill-Palestina, dan tefgħuh hemm għax jaqdihom, għax għoġobhom, għax 2% biss ġabu fl-elezzjoni. Ara dan il-Fataħ, qabad iffirma u hemm l-Ingliżi qed itellgħu l-gass. Hemm kumpanija Ingliża qed ittella’ l-gass. Għalhekk il-Hamas terroristi bħalma taw isem ħażin lill-Gaddafi, bħalma taw isem ħażin lil Sadam Hussein. Mhux għax kien wieħed mill-ħelwin Sadam Hussein. Imma meta kien qiegħed jaqdihom kien ħabib imma kif waqfilhom naqra, daru kontrih.”

Tista’ tara u tisma’ hawn.

Facebook
X (Formerly Twitter)
LinkedIn
Telegram