Xi tfisser l-Ewropa ta’ Kajjin u l-paċi ta’ Kajjin li l-gvern Laburista u Ian Borg qed jagħtuk? (it-tieni parti)

“U għaliex qed jagħmlu hekk? Issa għamlu l-patt tal-immigrazzjoni tal-Ewropa biex l-Ewropa tiddeċiedi fejn imorru l-immigranti u r-refuġjati. Tiddeċiedi hi. L-Eġittu ħa jiftħu uffiċċju u Tuneż. Ara l-Libja minn fejn jiġu mhemmx uffiċċju. Hemm dal-patt tal-immigranti. Fl-istess ħin waqt li qed joqtlu lin-nies bil-ġuħ mingħajr ebda kundanna minn Malta li qed joqtlu lin-nies bil-ġuħ, ma kkundannathiex lil Iżrael għadha Malta.

Qegħdin jagħmlu port l-Amerikani u qed jgħinuhom l-Iżraeljani. Qed jgħinuhom l-Iżraeljani. Dan għaliex? Mhux biex ikaxkru lil kulħadd minn hemm ħalli jkunu jistgħu jeħdulhom il-gass u għaliex għandha bżonn il-gass l-Ewropa? L-Ewropa għandha bżonn il-gass għax l-Amerikani attakkaw il-pajpijiet tal-gass li ġejjin mir-Russja u kienet tieħu l-Ġermanja l-gass bl-irħis. Hemm erba’ pajpijiet – tlieta minnhom kissruhom, wieħed minnhom għadu jigi ntużat u l-Germanja ma fetħitux. Il-Polonja għalqet il-gass għall-Ewropa. L-Ukrajna, minn żewg pajpijiet tal-gass, għalqet wieħed u spiċċat bla gass l-Ewropa. Biex issa, għat-taparsi ħafna dmugħ tal-kukkudrilli Malta, fuq quddiem, minħabba l-Palestinjani msieken u rrikonoxxejnihom u mhux ħa nirrikonoxxuha u ħafna bullshit fil-United Nations għax imsieken dan-nies.

Issa tagħmel one plus one x’għandhom f’moħħhom dawn. Għax dan mhux mort għand tal-ħanut u ma sibtx bott kunserva u tmur għand ieħor ikollu. Dan il-gass ikun ordnat u ma tistax taqbad ikollok is-supply, twaqqfu u mbagħad minn fejn ħa ġġibu? U m’għandhiex gass l-Ewropa. U m’għandhiex enerġija. U din trid issa tipprova tiġġieled lir-Russi meta lanqas għandha biex u enerġija hi stess biex tagħmel l-armamenti. Genn. Qabda nies imġienen hemm u dan issa hemm l-elezzjoni u tridu tagħtu risposta. Il-mexxejja tal-EU kontra n-nies qed jaħdmu. Kontra n-nies. U jridu jiġġieldu u la għandhom materja prima, ħadid u hekk. X’għamlu issa wkoll? Il-karozzi ta’ ħmistax-il sena ħa jgħaffġuhom minħabba l-ambjent. Issa dawn meta jgħaffġuhom, ħa jgħaffġuhom bit-tyres u bil-windscreen u bil-plastik kollox. U mbagħad irid jinħaraq dan.

Issa jekk aħna ħa niġu niddependu fuq l-Iżrael fuq il-gass, dawn huma estremisti reliġjużi li jaħsbu li jekk inti mintix Lhudi lanqas int bniedem. Annimal forma ta’ bniedem. U jekk inti mbagħad ma tbaxxix rasek u ma tobdihomx, lir-reliġjon estremisti tagħhom, tista’ tara x’jagħmlulek. Għax ara x’qed jagħmlu lill-Palestinjani? Għax dan ‘Alla’ qalilhom li l-art tagħhom. Issa dan suppost ġie l-Messija biex itihielhom lura l-art, mhux ħa jaqbdu u jkaxkru kull mhemm u lil kulħadd u joqtlu lin-nies bil-ġuħ. Tista’ timmaġina niġu aħna niddependu mill-Iżrael fuq l-enerġija? U jiġi xi Lhudi estremist, Zionist, jgħidlek ‘Isma’ hi, Alla ħalqek lilek biex inti sservi lili.’ U int tgħidlu ‘Inservi ż ***’. Tista’ taħseb il-konsegwenzi?!

Qegħdin f’ħafna periklu u qegħdin f’xifer. U ara kemm hawn min jeħodha kontra l-Musulmani. Probabli huma ħa jkunu s-salvazzjoni tagħna. Għalhekk ikesksu lin-nies kontra l-Musulmani dawn. Kullimkien iridu jindaħlu. U l-Afrika għamlu l-istess. Is-Saudi qabdu u tawha lil Saud, is-Saudi Arabia.

U mbagħad Malta trid tiddeffes, qed taħdem ma’ dawn li kull fejn missew, kissru u jrid ibella’ r-ross bil-labra, Ian Borg u Robert Abela li qed jaħdmu għall-paċi. Għalaqt.”

Tista’ tisma’ u tara hawn.

Facebook
X (Formerly Twitter)
LinkedIn
Telegram