It-tip ta’ paċi li Robert Abela u Ian Borg jitkellmu fuqha mhix it-tip ta’ paċi li taħseb inti (1)

Mill-pandemija, Mario Borg ilu jikkontribwixxi diversi filmati dwar diversi suġġetti fuq il-kanal tiegħu fuq YouTube, bl-isem ‘Aħna l-Poplu’. F’dan il-vidjow, Borg jagħti spjegazzjoni tajba ħafna tat-tip ta’ paċi li jitkellmu dwarha l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Ian Borg. Dan is-sit jirringrazzja lil Mario Borg u lill-attivisti l-oħra kollha li mhux qed jibqgħu siekta matul dan il-perjodu bla preċedent fl-istorja tal-umanità.

Dan hu dak li spjega Mario Borg:

“Hawn ħbieb. Illum jiġi l-ewwel ta’ April 2024. Merħba. Ħa nerġa’ nitkellem waħda fuq il-gwerer li hemm għaddejjin u l-pożizzjoni ta’ Malta f’dan l-inkwiet kollu. Il-pożizzjoni li ħa l-gvern Malti b’approvazzjoni tal-PN, sewwa? Qed nisimgħu l-kelma paċi tiela’ u paċi niezla. U l-paċi, it-tifsira ta’ paċi li qed jitkellem fuqha Robert Abela u Ian Borg mhijiex l-istess tifsira li kien iħaddan Mintoff. U n-nies qegħdin jitgerfxu, il-Laburisti speċjalment, jew lil min qed jinnota dan l-inkwiet li hemm, u qed iserraħ rasu għax qed tintuża, dan il-kliem, il-kelma paċi, paċi, paċi u naħdmu għall-paċi.

Issa l-kliem tgħid ‘U iva, mhux kelma!’ Imma l-qorti per eżempju fuq kelma – kliem biss ikun hemm għaddejjin u kelma taf taqagħlek u kelma taf twaħħalulek. U din mhux il-kelma paċi biss u din infehemha u nagħtikom eżempju – din mhux il-kelma paċi biss tiġi mdawra. Per eżempju, nisma’ ħafna mill-partiti ż-żgħar u l-followers tagħhom u jitkellmu fuq sigurta’. Issa din kienet waħda mir-raġunijiet li tbigħedt mill-Għaqda Patrijotti Maltin, għax dan wieħed jibda jagħmel pressure, pressjoni biex ikun hawn is-sigurta’. U taf fejn hemm l-ikbar sigurta’ f’Malta? Il-ħabs. Trid toqgħod attent kif tuża’ l-kliem għax imbagħad il-gvern jużak u jgħidlek ‘Mhux inti trid is-sigurta’? U nispiċċaw pajjiż police state. Ara jekk imbagħad tgħid u tispjega li trid il-fruntiera tkun sigura, hekk differenti.

Kelma oħra li tintuża u pprovaw jagħtu tifsira mod u mbagħad ikunu qed ifissru xi ħaġa differenti hija l-kelma difiża. Tintuża min-NATO, tintuża mill-Unjoni Ewropea din. Issa sa fejn naf jien, in-NATO huma pajjiżi li jmissu mal-Atlantiku u fl-Ewropa, forsi l-ġara tagħhom ukoll, sewwa. Bdiet. NATO – North Atlantic Treaty Organisation. Mela dawn jitkellmu fuq difiża u sa fejn naf jien per eżempju f’logħba futboll, meta jersaq il-ballun lejn il-lasta tiegħek, tiddefendi. Imma kif qiegħed bil-ballun riesaq lejn il-lasta tan-naħa l-oħra, qiegħed tattakka. Issa n-NATO żviluppaw, jaħasra ma ppreparajtx l-affarijiet, dawn in-NATO bid-difiża tagħhom spiċċaw jindaħlu l-Afrika, jindaħlu s-South America, jindaħlu fil-Lvant Nofsani, qed jindaħlu fil-Paċifiku wkoll, u dan kollu taħt il-kliem tad-difiża. U n-NATO l-ħin kollu bil-paċi tiela’ u bil-paċi nieżla. Dan issa neditjah u naraw kemm-il darba użaw il-kelma paċi n-NATO fuq il-website tagħhom.

Li l-paċi tagħhom dawn hija naturalment l-istess paċi li emmen biha Ian Borg u Robert Abela.”

Tista’ tisma’ u tara l-ispjegazzjoni ta’ Mario Borg hawn.

Facebook
X (Formerly Twitter)
LinkedIn
Telegram