Bishop Anton Teuma’s powerful speech is a wake-up call for humanity to regain its human attitudes while it rises against the evil agendas

On the liturgical feast of Saint George the Martyr on April 23, Gozo’s bishop Anton Teuma delivered a very powerful speech with energy and passion to the congregation at the Basilica of Saint George in Victoria City.

What a shame for Newsbook, the church media, to not give enough credit to such a powerful speech, and this includes the misleading heading that they gave to this article of theirs, which misled the mass brain-think more astray than it already is. It should have named it “Aħjar knejjes inqas sbieħ milli għandna u knejjes se jaqgħu, bla kafetterija, imma mimlijin bin-nies.” Instead it named it “Għawdex mimli bini u żagħżugħ irid jegħreq id-demm biex iħallas id-dejn.”

Here is what Bishop Anton Teuma had to say, while pinpointing the fact that it’s better to have collapsing churches instead of empty churches, indirectly hinting at the fact that the church has been turned into a profit-making organization. He even tapped upon the disgusting banking system which is enslaving the youth, the destruction of the family as an important unit in society, the love of money as the root of all evil, the engulfing property industry, the artificial and destructive ways in which local feasts are celebrated, how society has been turned into an individualistic one, and fake Christianity. He also calls for the true Christians to return to the Christian values.

“Kemm nixtieq nitolbu lil San Ġorġ biex nerġgħu aħna l-komunita’ nisranija tiegħu, nerġgħu mmorru għall-valuri tal-bidu; għal dawk il-karatteristiċi li lilna verament jagħmluna insara. Insara! Nies li jagħmlu l-frott. Nies li jħobbu. Qed ngħixu f’soċjeta’, f’dinja, illi hija totalment materjalista; f’dinja li qiegħda taljenana. U aħna l-insara qegħdin insiru wisq kapaċi nagħmlu kompromessi ma’ din id-dinja. Qegħdin insiru wisq kapaċi, mingħajr ma nindunaw. Qegħdin wisq nistordu u nagħmlu dak li titlob minna d-dinja. U nibqgħu nissejħu u nippretendu li aħna Kristjani. Imma fl-istess waqt ngħidu l-verita’. Fl-istess waqt hemm sens jiġri ta’ malessere. Hemm sens jiġri ta’ xi ħaġa ħażina, li qiegħda tiġri, f’pajjiżna, fl-Ewropa, fid-dinja. L-umanita’ ‘l fejn hi miexja bħalissa. Hekk jew le? Mhux kollha kemm aħna għaddejjin bla nifs minn filgħodu sa billejl, minn filgħodu sa filgħaxija? Forsi issa wieħed mill-ftit mumenti li qegħdin bilqiegħda bi kwietkom. Il-bqija tal-ġurnata, minn filgħodu sa filgħaxija, ġirja waħda. U forsi llum ġrejtu iktar biex stajtu tajtu l-possibilita’ ta’ ftit ħin biex toqogħdu tisimgħu; biex tiċċelebraw, tipparteċipaw għal din il-festa ta’ San Ġorġ.

U ma nindunawx aħna li hemm xi ħaġa li mhux sejra sew fil-ħajja tagħna?

U ma nindunawx aħna li aħna l-Kristjani, l-Insara, kultant verament inkunu tlifna ftit mit-togħma tajba tal-melħ tal-vanġelu? Jew mid-dawl qawwi tad-dawl tal-vanġelu li jsemmi Ġesu’? Intom il-melħ tal-art. Intom id-dawl tad-dinja. Ma tħallatniex wisq aħna mal-bqija tal-ġemgħa? Tgħiduli x’inti tgħid?

Kemm nixtieq nara knejjes inqas sbieħ minn dawk li għandna. Knejjes se jaqgħu imma mimlijin bin-nies, bħalma hi mimlija din il-knisja llejla.

Kemm nixtieq nara djar anqas sbieħ imma familji aktar b’saħħithom. Relazzjonijiet iktar tajbin. Imħabba aktar bejn il-missier u l-omm. Bejn il-ġenituri u l-ulied.

Kemm nixtieq nara djar anqas sbieħ, nies b’inqas propjeta’ imma anqas ġlied bejn il-werrieta, inqas ġlied bejn l-aħwa.

Kemm nixtieq nara pajjiż b’anqas djar. B’inqas djar telgħin ‘il fuq, imma aktar djar disponibbli għaż-żgħażagħ tagħna. X’paradoss! Għawdex tarah mimli bil-bini u żagħżugħ biex isib fejn joqgħod irid iqattar l-għaraq tad-demm. Irid jibqa’ jħallas id-dejn għal tletin, erbgħin sena. Mill-inqas! Mill-inqas!

Kemm nixtieq nara festi inqas majestużi, inqas kbar, imma fl-istess waqt nies iktar kuntenti. Żgħażagħ mhux aljenati bix-xorb jew bid-droga fiż-żmien tal-festa imma iktar bil-paċi ta’ qalbhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Dawn huma l-karatteristiċi tan-nisrani, il-karatteristiċi tal-insara.

Kemm nixtieq nara persuni inqas sinjuri imma li jaħsbu f’xulxin. Mhux kulħadd ħsiebu wisq fih innifsu.

Kemm nixtieq nara persuni inqas sinjuri imma persuni li ssibhom fil-bżonnijiet, fil-persuni li qegħdin ibatu.

Dawn huma l-karatteristiċi ta’ San Ġorġ, u serrħu raskom li San Ġorġ huwa kbir mhux għax qatel id-dragun. San Ġorġ huwa kbir għax f’dak il-pajjiż, bix-xhieda tiegħu, bil-kapaċita’ tiegħu, jgħin lid-dgħajjef bil-kapaċita’ tiegħu li jieħu ħsieb lill-batut. Dak il-pajjiż ikkonverta u sar kristjan.”

A heartfelt thank you to Bishop Teuma for tapping on such important points and realities while asking humanity to regain its humaneness – what makes it human.

A heartfelt thank you to Bishop Teuma for reminding Christians what being Christians is about.

This country needs members of the clergy who give such powerful speeches like that of Bishop Teuma’s to their congregation, without beating round the bush, so to guide them during these unprecedented times in which the culmination of a lifetime of evil is upon us by giving them the blatant Truth, before it is game over for humanity. And while they do, may they elevate Christ continuously, so that the congregation returns to Him.

God bless you Bishop Teuma.

Facebook
X (Formerly Twitter)
LinkedIn
Telegram